Petizzjoni għall-ħarsien xieraq tal-Fosos

The Issue

Petizzjoni għall-ħarsien tal-Fosos

Fid-dizzjunarju tiegħu, Joseph Aquilina jagħti t-tifsira ta’ pjazza: “medda ta' art miftuħa użata bħala ġnien jew għar-rikreazzjoni”.

Il-problema hi li fi pjazza San Publju u l-madwar mhux qed nibqgħu b’din id-defenizzjoni, għax ir-rikreazzjoni qed twassal biex ikun hemm inkonvenjenza u tkissir tal-patrimonju tagħna. 

Il-pjazza għandha tibqa' tilqa' n-nies. Il-pjazza hi tan-nies u tajjeb li jsiru attivitajiet ta' rikreazzjoni. Il-mod u l-kif imma jrid jinbidel. Ma jistax ikun il-mod iwassal għal tkissir u li l-kif iwassal għal inkonvenjenza ta' jiem. 

6 snin ilu ressaqt mozzjoni fil-Kunsill Lokali tal-Floriana għal assigurazzjoni tal-pjazez tagħna bi prijorità jkun il-Fosos. Id-diskussjoni waslet biex tinħareġ aktar fil-beraħ in-nuqqas ta' ħarsien tal-Fosos. 

Illum il-Fosos l-ebda entità mhu qed tassumi l-kura tagħhom. 

6 snin ta' stennija. Bl-awtoritajiet li għandhom is-setgħa, f'waqtiet inħoss li qed jgħadduna biż-żmien, jitratienu biex jiddeċiedu jekk il-Kunsill jew entità oħra (b'rabta ma' wirtna) jkollha ġurisdizzjoni tal-Fosos. Jeħtieġ imma l-ħarsien. Illum qabel għada. Jeħtieġ fil-mod tal-ħarsien. għax preżentament ħarsien ma hemmx.

Linji gwida ta' assigurazzjoni, assigurazzjoni anki ta' flus għal ħsarat (polza ta' assigurazzjoni). Regoli ta' x'tip ta' inġenji jistgħu jitilgħu fuq il-Fosos. Kif isir l-armar. Min jinżamm responsabbli. Dawn il-punti jeħtieġ li jkunu ċċarati mill-entità ta' ħarsien li se jkollha din il-ġurisdizzjoni.

Fl-aħħar snin, għan-nuqqas ta' azzjoni, komplejna naraw tkissir ta' fosos. Sa anki għebu żewġ fanali ornamentali li kienu fil-pjazza. Il-Fosos jixraqlu ħarsien.

Iffirma din il-petizzjoni. Kun parti mill-bidla biex il-Fosos ikunu protetti. Għall-ħarsien ta' dak li hu tagħna. 

Kull min għandu għal qalbu din il-pjazza li laqgħet eluf, u ħadet ħsieb il-poplu fil-ħażna tal-qamħ għal għexieren ta' snin f'mumenti iebsa ta' dan in-nazzjon qed nitolbu biex jingħaqad miegħi, magħna, mal-poplu Furjaniż biex din l-akbar pjazza tal-Maltin tkun protetta bix-xieraq.

Grazzi
James Aaron Ellul
Kunsillier Furjaniż
Ċittadin Malti

1,369

Petition Updates

Share this petition

Petition created on August 27, 2023