Talba biex jerġa jitpoġġa s-salib bħala simbolu ta' kuraġġ.

0 hanno firmato. Arriviamo a 2.500.


Bħala Deputat u Kunsilliera Lokali fil-Mellieħa f'isem il-Partit Nazzjonalista nixtiequ nuru d-diżappunt tagħna li l-awtoritajiet ordnaw biex jitneħħa salib li kien ittella’ mill-Għaqda Dilettanti tan-Nar Maria Bambina fl-inħawi minn fejn jinħaraq in-nar tal-Festa tal-Vitorja.

Irridu nfakkru li dan kien ittella 'fil-ġranet tal-Ġimgha Mqaddsa u tħalla hemmhekk minħabba l-pandemija tal-Covid-19.

Dan ma kienx xi żvilupp f'żona 'l barra minn żoni ta' żvilupp. Saru ħafna aktar serious business fi żvilupp ieħor madwar il-lokalita 'u għaldaqstant ma nifhmux għax ittieħdet din l-azzjoni. Dan ittella 'b'mod temporanju anke fi snin mgħoddija.

Għaldaqstant nitolbu lill-awtoritajiet sabiex jagħtu permess biex din l-istruttura titħalla hemm temporanjament sakemm pajjiżna joħroġ minn din il-pandemija.

Ser inkunu qed iniedu petizzjoni onlajn bl-għan li tiġi irrevokata din id-deciżjoni u jingħata permess biex jerġa jitpoġġa dan is-salib f'din iż-żona. F'każ li ssir talba oħra biex jerġa jitpoġġa dan is-salib f'din iż-żona, bħala kunsilliera ser inkunu qed nappoġġjaw bil-modi tagħna.

B'dan ma rridux infissru li jekk kien hemm ksur ta 'proċedura dawn ma jissewwewx, imma nħeġġu li fil-futur wieħed ikun aktar kawt f'każi bħal dawn.

Robert Cutajar | Ivan Castillo | Marvin Abela | Gabriel Micallef | Emvin Bartolo