Petition updateLe għat-triq ġdida bejn Ħaż-Żabbar u l-Kalkara / No new roads between Zabbar and KalkaraTfakkira biex tibgħatu l-oġġezzjoni tagħkom lill-Awtorita tal-Ippjanar
Noel SegunaPaola, Malta
May 31, 2025

Għeżież,

L-Awtorità tal-Ippjanar (PA) fetħet iż-żmien biex kull minn għandu oġġezzjoni jibgħatu lilha ħalli tikkunsidrhom qabel ma tiddeċiedi fuq il-permess. Għaldaqstant, għalkemm jien ser nibgħat lil awtorità din il-petizzjoni flimkien mar-rapport, huwa importantissimu li intom ukoll toġġezzjonaw billi tibgħatu imejl fuq representations@pa.org.mt.

Jekk tridu tistgħu tużgħu dan il-galvu:


PA/07004/23

Jien noġġezzjona għal dan il-proġett, għaliex skont ir-rapport maħruġ minn Noel Seguna, dan il-proġett mhux se jikseb l-għan tiegħu li jnaqqas il-konġestjoni fil-Kottonera, il-Kalkara u Ħaż-Żabbar.

Għalhekk, nemmen li l-prezz li se nħallsu – fi flus, raba’ u riskju lejn il-wirt storiku tagħna – huwa prezz għoli wisq għal din it-triq.

Fl-aħħarnett, nixtieq niddikjara li jien ukoll iffirmajt din il-petizzjoni:
https://www.change.org/p/le-g%C4%A7at-triq-%C4%A1dida-bejn-%C4%A7a%C5%BC-%C5%BCabbar-u-l-kalkara-no-new-roads-between-zabbar-and-kalkara
kontra dan il-proġett.

Nispera li l-karba tiegħi, u ta’ dawk kollha li qegħdin joġġezzjonaw kontra dan il-proġett, tingħata widen.

< Isem u ID >

Ħolqa tar-rapport:
https://drive.google.com/file/d/1DQsq9hfTl7koARQiuf1mfUgbda4zwnvM/view?usp=sharing
 

Copy link
WhatsApp
Facebook
Nextdoor
Email
X