Arloġġ tal-Knisja

Arloġġ tal-Knisja

The Issue

L-Arloġġ tal-Knisja Kolleġġjata tagħna nħadem fl-1878 minn Mikelanġ Sapiano, ilu għal dawn  is-snin kollha jsemma leħnu lejl u nhar u jimmarka ħinijiet partikulari matul il-ġurnata. Għal ħafna minn missirijietna dan kien il-mezz kif jirregolaw il-ħajja tagħhom. Xi snin ilu sar invenstiment biex dan l-arloġġ ġie restawrat ħalli jkompli jitgawda. Dan ir-restawr tħallas mill-poplu ta' Ħal Qormi. Illum dan l-arloġġ huwa parti mill-kultura ta' din il-Belt Pinto.  

Dan l-aħħar il-parroċċa irċeviet ilment mingħand familja li qed titlob li l-arloġġ tal-Knisja jitwaqqaf b'mod partikular għal ħin ta' matul il-lejl (10pm-6am).

Aħna qed nfittxu s-sapport ta' bosta biex l-arloġġ li huwa parti mill-Kultura tagħna ma jieqafx. Jekk jieqaf dan illum, għada jitwaqqfu affarijiet oħra (qniepen, nar, baned, etc) li mhux kulħadd japprezahom u jifhmhom bħala parti mill-identita u l-kultura Maltija.

Jekk trid li jiġi mħares dan il-wirt u wirt ieħor bħalu, iffirma din il-petizzjoni, biex dak li irċevejna mingħand missirijietna nkunu nistgħu ngħadduh wkoll lil ġenerazzjonijiet ta' warajna. 

This petition had 1,567 supporters

The Decision Makers

Petition Updates

Share this petition

Petition created on January 27, 2021