Petition updateSTOP the Construction of a Tarmac and Concrete Plant in Mqabba/Qrendi - PA/06976/21Victory! Plans for Mqabba asphalt plant scrapped, Robert Abela announces
Ronnie MicallefQrendi, Malta
May 19, 2024

Ilbieraħ il-Prim Ministru ħabbar li se tiġi rtirata l-applikazzjoni biex jinbena impjant tat-tarmak fil-konfini bejn il-Qrendi u l-Imqabba.
Tul is-sena l-oħra konna ġġilidna kontra din l-applikazzjoni permezz ta' numru ta' inizjattivi li għaqqdu lil dan ir-raħal f'għajta waħda.
Ħadna gost bl-appoġġ li rċevejna minn għaqdiet tar-residenti, mill- Kunsill Lokali tal- Qrendi u Kunsilli Lokali tal-irħula ġirien tagħna, xhieda tal-importanza tal-ħidma kollettiva.
Nemmnu li proposta bħal din messha ma saret qatt, u li l-awtoritajiet għandhom jaħdmu biex jippreżervaw il-kwalità tal-ħajja tagħna, residenti tal-Qrendi, kif ukoll tar-residenti tal-irħula kollha ta' Malta.
Filwaqt li nirringrazzjaw lil kulmin għen sabiex din l-applikazzjoni tiġi rtirata, se nibqgħu viġilanti fuq dak li għaddej fir-raħal tagħna.

Copy link
WhatsApp
Facebook
Nextdoor
Email
X