Обновление к петицииSTOP the Construction of a Tarmac and Concrete Plant in Mqabba/Qrendi - PA/06976/21PROTESTA TAR-RESIDENTI KONTRA L-IMPJANT FL-IMQABBA/QRENDI � � � ⚪
Ronnie MicallefQrendi, Мальта
25 нояб. 2023 г.

NILTAQGĦU NHAR IL-ĦADD             

Infakkrukom fil-protesta tagħna ta’ nhar il-Ħadd kontra l-impjant tat-tarmak fl-Imqabba. Din il-protesta hija organizzata minn membri ta’ għaqdiet differenti ta’ dan ir-reġjun li qed jingħaqdu sabiex jiġi mħares il-ġid komuni.

L-idea li dan l-impjant tat-tarmak jinbena fil-qalba ta’ djarna hija assolutament inaċċettabbli, u l-fatt li l-Awtorità tal-Ippjanar għandha rakkomandazzjoni biex tapprovah huwa xhieda tan-nuqqas ta’ viżjoni u sens komun li għandhom bosta awtoritajiet.

L-għajta tagħna għandha l-appoġġ ta’ fuq elfejn firmatarju u ta’ bosta Kunsilli Lokali taż-żona li diġà opponew il-proġett.

Nhar il-Ħadd niltaqgħu fil-pjazza tal-Qrendi sabiex inwasslu r-rabja tagħna għal dan il-proġett li mhu se jġib xejn ta’ benefiċċju għal-lokalitajiet tagħna. Il-protesta tibda fl-10.00.

 

Ronnie Micallef

F'isem ir- residenti

Скопировать ссылку
WhatsApp
Facebook
Nextdoor
Эл. почта
X