Petizzjoni sabiex terġa tinfetaħ l-Għassa tal-Pulizija fil-Mellieħa.

The Issue
Petizzjoni biex sabiex terġa tinfetaħ l-Għassa tal-pulizija fil-Mellieħa.
Ktibt din l-ittra lil Ministru Byron Camillieri u l-kummissarju tal-pulizija Angelo Gafa, bħala Deputat li nirrappreżenta lir-residenti tat-tnax-il distrett fosthom il-Mellieħa li tagħmel parti minnu.
Kif tafu sew jien mexxejt ’il quddiem il-kunċett tal-Pulizija fil-Komunità f’pajjiżna u tkellimt dejjem u f’kull ċirkustanza favur din l-inizjattiva. Għaldaqstant illum, b’dispjaċir, ma nistax ma nkunx kritiku għall-pass meħud fil-konfront tal-komunità kollha Melleħija u dawk il-mijiet u eluf li jkunu fir-raħal tal-Mellieħa għal ftit jiem jew aktar – dak li tingħalaq l-għassa tal-Pulizija tal-lokal.
Bl-akbar sens ta’ responsabbilità u b’intenzjoni tajba qed nitlob li din id-deċiżjoni terġa’ tkun ikkunsidrata u allura tkun revokata. Il-Mellieħa għandha popolazzjoni dejjem tikber, fejn illum qabżet sew l-għaxart elef ruħ (mhux inklużi r-residenti li jiġu l-Mellieħa fix-xhur tas-sajf) u l-ikbar konfini f’pajjiżna. Huwa ċar li ma jistax ikun li l-għassa tal-Pulizija ma tkunx miftuħa l-ġimgħa kollha.
Filwaqt li nirringrazzjakom għall-attenzjoni tagħkom ġenwinament nitlobkom li terġgħu tagħtu lill-komunità tal-Mellieħa għassa tal-Pulizija li taqdi u ssaħħaħ il-funzjonijiet tagħha 24 siegħa kuljum, is-sena kollha.
Robert Cutajar
Deputat

Petition Closed
Share this petition
The Decision Makers
Petition Updates
Share this petition
Petition created on August 30, 2020