Petition updateNitolbu azzjoni immedjata mill-entitajiet dwar il-problema tal-Bagħal taż-Żunżan

In-Naħal Assedjat mill-Bagħal taż-Żunżan

Koalizzjoni għall-Konservazzjoni tan-Naħla MaltijaMalta
Sep 16, 2022

Il-Bagħal taż-Żunżan (Vespa orientalis) huwa speċi indiġena fil-gżejjer Maltin. Però, dawn l-aħħar snin qed ikun hawn żieda qawwija fil-popolazzjoni tagħhom. Din saret allarmanti. Għalkemm fil-passat jidher li dan kien speċi rari lokalment, fiż-żmien riċenti ż-żieda fil-firxa u numri huma sinjifikanti. Dan qed iwassal sabiex din l-ispeċi issir problematika u tkun ta’ theddida għall-apikultura lokali kif ukoll għan-nies inġenerali. Bagħal taż-Żunżan wieħed jista’ joqtol sa erbgħin naħla kuljum! Mil-lat ta’ konservazzjoni tan-Naħal Maltija li hi endemika għal gżejjer Maltin, dan l-insett qed ukoll iservi ta’ theddida ghax idgħajjef il-kolonji lokali. https://nahlamaltija.wordpress.com/2022/09/12/in-nahal-assedjat-mill-baghal-taz-zunzan/

Copy link
WhatsApp
Facebook
Nextdoor
Email
X