Petitioning Minister for the Family and Social Solidarity Hon Dr Michael Farrugia and 7 others

Salvaw is-Servizzi tal-Fostering - Save our Fostering Services

0

0 have signed. Let’s get to 1,000.

Verżjoni bil-Malti

Permezz ta' din il-petizzjoni, qed nitolbukom biex tintervjenu ħalli tipproteġu u ssalvaw is-servizzi tal-fostering fl-Aġenzija Appoġġ billi jieqaf iċ-ċaqlieq bla bżonn ta' professjonisti speċjalizzati f'dan il-qasam, ċaqlieq li jwassal għal tbatija bla bżonn għal ħafna nies.  B'mod speċjali, qed nitolbu li s-social worker John Role jerġa' jiġi assenjat lis-servizzi tal-fostering, servizzi li għandhom bżonn l-esperjenza u l-kapaċita speċjalizzata tiegħu.

Din il-petizzjoni qed tinbeda minn grupp ta' foster carers llum 19 ta' Jannar 2015 meta smajna li John Role tneħħa mis-servizzi ta' fostering tal-Aġenzija Appoġġ.  

John Role kien il-persuna li għal dawn l-aħħar 15-il sena bena bil-mod il-mod is-servizzi tal-fostering u permezz tiegħu ħafna tfal sabu familja biex trabbihom. Il-professjonalita tiegħu, flimkien mad-dedikazzjoni bla qies, kemm waqt u barra l-ħin tax-xogħol, waslu biex jafdawh tant tfal, żgħażagħ, u familji, li jafu li dejjem kien hemm għalihom, punt ta’ permanenza f’servizzi pjuttost kaotiċi u li jinbidlu ta’ spiss. It-tneħħija ta' John Role hija għalhekk daqqa ta' ħarta kbira għat-tfal, iż-żgħażagħ u l-familji li jeħtieġu s-servizzi ta' fostering.

Jista' wieħed jimmaġina li speċjalista tal-qalb jitneħħa mill-ispeċjalita tiegħu u jitpoġġa jara l-għadam tan-nies? It-tnejn importanti.  Imma min hu speċjalista tal-qalb għandu jaħdem fis-servizzi tal-kardjoloġija u min hu speċjalista tal-għadam għandu jaħdem fis-servizzi tal-ortopedija.

Bl-istess mod, John Role, li hu l-aqwa espert li għandna f'Malta fuq il-fostering ghandu jitħalla jaħdem fis-servizzi tal-fostering.

Huwa għajb għall-awtoritajiet konċernati li qed iċaħdu lit-tfal u żgħażagħ iffosterjati, kif ukoll il-familji li jieħdu ħsiebhom, mis-servizzi ta' John Role.  Ta' min isemmi li diġa kien hemm social worker oħra li tneħħiet minn dan is-servizz għal xejn b'xejn.

Nitolbukom tiċċensuraw lil min ħa din id-deċiżjoni u tassiguraw li b'mod immedjat John Role jerġa' jitħalla jaħdem fil-qasam li fih huwa espert u fejn tant hemm bżonn ħidmietu.

Din il-petizzjoni qed tiġi ffirmata minn tfal u żgħażagħ li huma, jew kienu iffosterjati, mill-familji li jiffosterjaw, minn social workers u akkademiċi inkwetati b'din iċ-ċaqlieqa, u minn nies oħra li jimpurthom mill-interessi tat-tfal, taż-żgħażagħ u tal-familji li huma affettwati ħażin b'dak li qed jiġri.


English version

Through this petition, we solicityourintervention to protect and save the Fostering Services offered by Aġenzija Appoġġ by stopping and reversing the unnecessary transfers of professionals specialised in the area, transfers that result in pointless suffering for many people.  Specifically, we are asking that social worker John Role is reassigned back to the fostering services which need his experiences and specialisation.

This petition is being launched by a group of foster carers today 19 January 2015 immediately after hearing that John Role had been transferred out of the Aġenzija Appoġġ Fostering Services.

For the past 15 years, John Role was responsible for the gradual development of the fostering services and through his painstakingly endeavour hundreds of children found a family to take care of them.  His professionalism together with his immeasurable dedication within and outside office hours earned him trust of so many children, youth and families, knowing that he was always there for them, a point of permanence in an otherwise chaotic service structure. The removal of John Role is consequently a major setback for the children, youth and families who benefit from the fostering services. 

Can you imagine transferring a heart specialist away from his or her speciality and placing him or her to take care of people’s bones?  Both are important.  Nevertheless, a heart specialist should work in cardiology while a bone specialist should work in orthopaedics.

Likewise, John Role, who is Malta’s leading expert on fostering, should be left to work in the fostering services.

It is a shame that the responsible authorities are depriving the fostered children and youth and the families that take care of them from John Role’s services.  It is important to point out that there was another social worker who more than a year ago was removed from this service for no reason whatsoever,

We implore you to censure those responsible for this decision and to ensure that with immediate effect John Role is allowed to continue working in the sector in which in he an expert and where his expertise is so much needed.

This petition is being signed by fostered children and young persons, the families that foster, social workers and academics who feel disturbed by this move, and by other people who are concerned about the interests of the children, the youth, and the families negatively affected by these recent developments.

This petition will be delivered to:
  • Minister for the Family and Social Solidarity
    Hon Dr Michael Farrugia
  • Shadow Minister for Social Policy
    Hon Dr Paula Mifsud Bonnici
  • Commissioner for Children
    Ms Helen Damato
  • Prime Minister
    Hon Dr Joseph Muscat
  • Leader of the Opposition
    Hon Dr Simon Busuttil
  • Parliamentary Secretary for Rights of Persons with Disability and Active Aging
    Hon Dr Justyne Caruana
  • Opposition Spokesperson for Housing and the Fight Against Poverty
    Hon Dr Stephen Spiteri
  • Opposition Spokesperson for the Family, Children, Elderly and Persons with Disability
    Hon Robert Cutajar


Joseph Borg Vella started this petition with a single signature, and now has 894 supporters. Start a petition today to change something you care about.




Today: Joseph is counting on you

Joseph Borg Vella needs your help with “Salvaw is-Servizzi tal-Fostering - Save our Fostering Services”. Join Joseph and 893 supporters today.