Change Malta Curia policy to allow fireworks from Churches, especially the Mellieħa one!

0 have signed. Let’s get to 2,500!
At 2,500 signatures, this petition is more likely to get picked up by local news!
Clayton Bartolo started this petition to Monsignor Charles Jude Scicluna and

Ħadd ma jista' jifhem għala l-Għaqda tan-Nar Marija Bambina Mellieħa ġiet trattata b'dan il-mod mill-Awtorijtajiet Ekklesjastiċi. Din hija l-istess Għaqda tan-Nar li fil-jiema li għaddew ingħatat Rikonoxximent il-Mellieħa b'mod unanimu mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa. Il-Melleħin, u dawk kollha li jħobbu l-festi, japprezzaw ix-xogħol li jsir sabiex din it-tradizzjoni tan-nar tkompli tikber. Hija wkoll attrazzjoni turistika li żgur ma għandhiex tintilef.

Għalhekk nistedinkom tiffirmaw din il-petizzjoni waqt li ssegwu wkoll l-istqarrija uffiċjali mill-Għaqda tan-nar Marija Bambina Mellieħa:

Xahar eżatt qabel lejliet il-festa ta’ Marija Bambina ġewwa l-Mellieħa il-Kurja nfurmat b’mod uffiċjali lill-Għaqda tan-nar li mhux ser tagħti permess biex issir il-wirja spettakolari min fuq il-knisja, xi ħaġa li kienet ilha issir 13 il-sena. Din id-deċiżjoni hija finali u torbot għas-snin li ġejjin. Ma jonqosx li l-Għaqda tan-nar hija diżappuntata ħafna b’din id-deċiżjoni assurda min-naħa tal-Kurja li ġejja direttament mill-Arcisqof ta’ Malta u l-Isqof Awziljarju. Issa li ttieħdet id-deċiżjoni irridu nispjegaw għaliex hi urtata bid-deciżjoni ħalli kulħadd ikun konxju ta’ x kien qed jiġri min wara l-kwinti dan l-aħħar xhur.

1. Fil-bidu ta’ Mejju ġejna nfurmati li l-Kurja reġgħet fakkret lill-paroċċi ta’ Malta fil-policy li kienet ħarġet numru ta’ snin ilu li ma jistax jinħaraq nar min fuq il-knejjes jew propjetajiet tal-knisja. Mill-ewwel ittieħdet inizjattiva sabiex issir laqgħa mal-Kurja fejn saret laqgħa kordjali ħafna mal-Vigarju Ġenerali, llum Arċisqof Awżiljarju. Dak in-nhar ġew ippreżentati punti għaliex l-Għaqda tan-nar ma taqbilx mal-policy eżistenti u sar qbil li nippreparaw rapport dettaljat dwar suġġerimenti kif tista tigi aġġornata l-policy biex tirrifletti iż-żminijiet tal-lum. Għal daqstant ġew mqabbdin żewġ esperti fejn tħejja rapport dettaljat dwar għaliex il-policy ma tagħmilx sens fejn ġie mxejjen kull argument ta’ ħsara li tista ssir fuq il-ġebla, issues ta’ safety waqt l-armar u l-ħruq tan-nar innifsu. Saru ukoll numru ta’ suġġerimenti, ta’ kundizzjonijiet li jistgħu jidħlu fis-seħħ sabiex jiġu regolati aħjar dawn it-tip ta’ wirjiet li jsiru min fuq knejjes, saħansitra anke katidrali barra min Malta.

2. Wara li ġie ppreżentat r-rapport ġejna mitlubin ukoll sabiex nagħmlu proposti konkreti kif nistgħu nsibu żblokk għas-sitwazzjoni. Ssuġerejna li jinħatar kumitat ta’ esperti bi qbil bejn iż-żewġ partijiet sabiex ikunu magħna waqt il-preparazzjoni, il-ħruq tan-nar innifsu kif ukoll wara sabiex issir rapport tekniku li jagħti parir lil-Kurja kif tista tigi aġġornata l-policy sabiex tkun tista tinstab it-triq ‘il quddiem li tkun ta’ sodisfazzjon ghal kulħadd. Dan ir-rapport, flimkien mal-fees li setghu ikunu dovuti għas-servizzi tal-esperti, kienu ser ikunu r-responsabilta tal-Għaqda tan-nar Marija Bambina Mellieħa

3. Filwaqt li ġie ppreżentat ir-rapport tekniku u l-proposta bqajna bla risposta u ma saret l-ebda laqgħa ohra mal-Għaqda tan-nar. Biex fl-aħħar mill-aħħar xahar qabel il-festa u meta kien tard wisq ġejna nfurmati bid-deciżjoni tal-Arcisqof. Allura jqumu diversi mistoqsijiet, għaliex intlabna nħejju rapport u li nagħmlu proposta konkreta, dan a spejjez tagħna u ħela ta’ rizorsi meta d-deciżjoni kienet ġa ttiehdet? Għaliex tħalla daqshekk żmien sabiex ġejna nfurmati bid-deciżjoni? Din kienet tattika sabiex wara li jgħaddi sajf sħiħ fejn diversi rħula oħra ġew rifjutati permess biex imbgħad ma tkunx tista ssir eċċezzjoni għal-Mellieħa?

4. Ninsabu infurmati li diversi kappillani oġġezzjonaw li tiġi riveduta l-policy sabiex jiġu ndirizzati l-preokkupazzjonijiet ġenwini li kellha l-Kurja dwar il-hruq tan-nar min fuq il-knejjes. Dawn l-istess kappillani li saħqu li għandhom jiġu rifjutati l-permessi kollha bla eċċezzjoni huma kappillani ta’ parroċċi fejn ma jsirx ħruq ta’ nar min fuq il-knejjes li tagħhom huma responsabli. Is-sorsi tagħna qalulna li pero kien hemm eċċezzjoni ta’ paroċċa waħda fejn il-kappillan inħeba wara policy skaduta sabiex ma jidhirx li kien hu li ħa decizjoni li ma jsirx nar min fuq il-knisja. Allura l-mistoqsija waħedha tqum għaliex ma ttieħditx azzjoni fejn seta’ kien hemm problema u fl-lokalitajiet fejn qatt ma kien hemm problema, u dan mhux il-Mellieħa biss, ma tħallewx imexxu l-Kappillani tal-lokal?

5. L-Għaqda tan-nar tistenna risposta mingħand l-Awtoritajiet Ekkleżjastiċi għaliex qatt ma saret laqgħa magħha wara li ġew ippreżentati r-rapport u l-proposta li ntalbu mill-istess Awtoritajiet. Jidher ċar li l-Kurja għandha l-ħin biex tmur tiddiskuti u tirrisolvi fejn hemm problemi bejn il-Parocca u l-Għaqdiet tal-festa imma ma sabux ħin fejn kien hemm kollaborazzjoni assoluta bejn l-Għaqdiet u l-Parroċċa. Allura toħloq diżgwid bla bżonn fejn ma hemmx.

6. L-Għaqda tixtieq tagħmilha ċara li din id-deciżjoni ma kinitx ġejja mill-Parroċċa tal-Mellieħa, anzi sibna l-appoġġ sħiħ mill-Arcipriet. Dejjem ħdimna id f’id ma kull min kien fit-tmexxija tal-parroċċa għal dawn l-aħħar 13 ‘il sena u hekk ser tibqa tagħmel.

7. Peress li ma tantx hemm żmien biż-żejjed sabiex jinstabu alternattivi, l-Għaqda tan-nar għad trid tiddetermina x’alternattivi hemm sabiex tiġi ppreżentata wirja piromuzikali mill-pjazza tal-Mellieħa lejliet il-festa. Pero l-programm tan-nar tal-ajru u tal-art ser isir kollu kif ippjanat. Iktar il-quddiem jingħataw iktar dettalji ta’ x’ ser isir flok in-nar tal-knisja.

8. Ngħalqu b-appell dirett lil Arċisqof ta’ Malta sabiex jerġa jaħsibha u jsib il-ħin sabiex jiltaqa magħna għax madwar mejda jinstabu s-soluzzjonijiet. U dan mhux għan-nar tal-Mellieħa biss imma anke f’lokalitajiet oħra. Tkunux kompliċi sabiex iktar tradizzjonijiet Maltin ikomplu jinqerdu.

0 have signed. Let’s get to 2,500!
At 2,500 signatures, this petition is more likely to get picked up by local news!