A heartfelt appeal from the Siġġiewi Community

A heartfelt appeal from the Siġġiewi Community

962 have signed. Let’s get to 1,000!
At 1,000 signatures, this petition is more likely to be featured in recommendations!
Siġġiwin Nieħdu Azzjoni & Siggiewi - Citta' Ferdinand started this petition to MINISTERS and

Verżjoni bil-Malti:

Lill-Ministri, Deputati, Kandidati prospettivi,

Il-partiti politiċi lokali li intom tirrappreżentaw, qegħdin isemmu spazji ħodor miftuħa fil-komunità. Din hija proposta li aħna nilqgħu b’entużjażmu għaliex nemmnu kemm spazji bħal dawn jistgħu jservu ta’ ġid għall-komunità kollha.

Preżentament ħdejn il-grawnd tal-futbol tas-Siġġiewi hemm il-pjan li jinbnew 189 residenza ta’ Akkomodazzjoni Soċjali. Nixtiequ nagħmluha ċara mill-ewwel li aħna m’għandna xejn kontra l-Akkomodazzjoni Soċjali fiha nnifisha. Madanakollu aħna nemmnu li proġett massiv bħal dan se jkun ta’ dannu permanenti għal din iż-żona fis-Siġġiewi. Biss biss, jekk nikkalkulaw li f’kull residenza se jgħixu biss żewġ persuni, in-numru ta’ nies li jgħixu f’dik iż-żona partikolari se jiżdied għal madwar 378 ruħ.

Nixtiequ nfakkru li f’din iż-żona diġà hemm diversi appartamenti ta’ Akkomodazzoni Soċjali u ftit ‘il bogħod minn fejn hemm ippjanat li jinbew il-189 appartament, qegħdin jinbnew madwar 80 appartament ieħor ta’ Akkomodazzjoni Soċjali.

Fid-dawl ta’ dan kollu qegħdin nappellaw biex tikkunsidraw il-pjanijiet li hemm għal din iż-żona u minflok tiġi mibdula fi spazju aħdar miftuħ li jista’ jitgawda mill-komunità Siġġiwija kollha. Infakkru wkoll li b’mod prattiku dan huwa spazju pjuttost uniku fis-Siġġiewi fejn jista’ jsir spazju aħdar miftuħ ta’ ċertu daqs u livell. Terġa’ u tgħid, dan l-ispazju jiġi qrib il-grawnd tal-futbol, u għalhekk parti minn dan il-proġett tista’ tiġi ddedikata għal kamp sportiv li tibbenefika minnu l-komunità Siġġiwija kollha.

Ninsabu ċerti li ħafna minnkom diġà jafu li diversi Siġġiwin ma jaqblux ma’ dan il-proġett u ilna għal diversi xhur nipprovaw nwasslu l-ilmenti tagħna. Biss issa xtaqna li nwasslu d-diżapprovazzjoni tagħna b’mod aktar ċar u dirett.

Grazzi ta’ ħinkom u ħidmietkom u nistennew li nisimgħu mingħandkom,  intom li b’għażla għażiltu li tirrappreżentawna.

Nittamaw ukoll li l-appelli ġenwini tagħna ma jaqgħux fuq widnejn torox.

________________________________________________________________

English Version:

Addressed to the Ministers, Members of Parliament, Prospective Candidates,

Currently, local political parties that you are representing are mentioning investments in green areas within the community. These are ideas which we are very enthusiastic about because we believe that such spaces can really benefit the whole community.

Presently, next to the Siġġiewi football ground, there are plans for a development of 189 Social Housing apartments. Whilst we have nothing against Social Housing, we believe that such a massive project will undoubtedly cause permanent damage to this particular area in Siġġiewi. If we roughly calculate that, every residence, will accommodate only two residents, the population of that particular area will increase with an additional 378 residents.

Moreover, we must not forget that in this particular area there are already several Social Housing apartments and just a few metres away from the area, another 80 Social Housing apartments are being built.

In light of all this, we are appealing to you to reconsider these plans for this particular area and instead consider investing in a green area that can benefit the whole Siġġiewi community. Practically, this is quite a unique spot in Siġġiewi where potentially a green area can be introduced. Moreover, this area is next to the Siġġiewi football ground and part of this green area can be dedicated to a sports area, which can be used by the whole community.

We are aware that most of you already know that quite a number of Siġġiewi residents do not agree with this project and have been trying to make our voice heard since we heard about the plans. Now, we have decided to bring forward our complaints in a more official manner.

Whilst awaiting your response, we thank you for your time and dedication.

We hope that you understand our genuine appeals and consider our suggestion for the benefit of the whole Siġġiewi community.

962 have signed. Let’s get to 1,000!
At 1,000 signatures, this petition is more likely to be featured in recommendations!