Investagazzjoni "Fairmount Fjord".

0 have signed. Let’s get to 500!


Għażiż Prim Ministru,

Permezz ta' din l-ittra qed nitolbu lilek u l-gvern tiegħek sabiex titolbu nvestigazzjoni dwar l-iskandlu mfami tal-"Fairmount Fjord" u li dwaru l-GWU kienet għamlet u ħarġet rapport dettaljat fil-ħarġa tal-Orizzont tas-Sibt 5 ta' Diċembru 2009.

Min ħawwad u min kien imdaħħal f'din il-korruzzjoni ta' somma kbira ta' miljuni t'ewro m'għandux jitħalla liberu u qisu qatt ma ġara xejn anzi għandu jinġieb quddiem il-ġustizzja ħalli jagħti rendikont t'għemilu qabel ma jgħaddi aktar żmien. Pjuttost diġa għadda ħafna żmien! Irridu nfakkru li minħabba dan il-kuntratt korrott u dawk implikati f'din il-korruzzjoni, niżlet giljottina li biha qatgħu rjus il-ħaddiema tat-Tarzni fejn spiċċaw bagħtew ukoll il-familji tal-istess ħaddiema.
Għaldaqstant nispera li din l-ittra tingħata mportanza ħalli ssir ġustizzja sew mal-ħaddiema kif ukoll mal-poplu Malti li minħabba din il-korruzzjoni apparti l-għeluq tat-Tarzni, ħallasna qares bħala poplu mit-taxxi tagħna.

Grazzi,

L-ex ħaddiema tat-Tarzni.



Today: Mario is counting on you

Mario Camilleri needs your help with “Lill-Prim Ministru Joseph Muscat : Investagazzjoni Fairmount Fjord.”. Join Mario and 277 supporters today.