It-tfal Skaliżi ħaqqhom post fil-miftuħ fejn jilgħabu! Appell biex ma jintmissx il-Ġnien

0 have signed. Let’s get to 2,500!


[Scroll down for English version]

Ħbieb,

Għandna problema kbira ta' l-obeżita fit-tfal f'Malta. Erbgħin fil-mija (40%) tat-tfal Maltin bejn 5 u 17-il sena għandhom piż żejjed... madwar ħamsa u għoxrin fil-mija (25%) huma obeżi, u wisq probabbli jibqgħu obeżi tul ħajjithom kollha. Kulħadd jaf li l-piż żejjed iwassal għal problemi serji tas-saħħa fiżika u mentali. Iżda għalfejn għandna problema kbira daqsekk, tant li Malta għażlet l-obeżita bħala tema tal-presidenza tagħha tal-Unjoni Ewropeja fl-2017?

Hemm ħafna raġunijiet, inkluż il-kultura tal-ikel, l-ambjent ta' madwarna eċċ...iżda hemm ukoll in-nuqqas ta' attivita' fiżika. It-tfal m'għadx ikollhom post fejn jilgħabu, jiġru u jaħlu l-enerġija, kif konna nagħmlu meta konna tfal aħna. Kullimkien bini, jew inkella nistennew li t-tfal jilgħabu ġo 'gaġeġ' tal-grawnds tal-futbol bin-'netting', li jkunu magħluqin għall-pubbliku ħafna mill-ħin. Inkella, hemm il-bandli, fejn it-tfal ma jistgħux jilgħabu bil-ballun. Minflok, nistennew li joqogħdu jippassiġġaw fil-ġonna...jew li joqogħdu bilqiegħda biex ma jtellfux lill-adulti.

Iżda t-tfal li jgħixu Marsakala għandhom il-ġnien ta' Sant'Anna. Ġnien sabiħ u miftuħ fejn jistgħu jiġru, jilgħabu bil-ballun u jgħajtu mingħajr ma jkunu fil-periklu, u mingħajr ma jħallsu. Ma tantx issib bħalu Malta. 

Iżda parti minn dan il-ġnien - il-biċċa bil-lasti tal-futbol fejn għal għexieren ta' snin it-tfal Skaliżi setgħu jilgħabu fil-miftuħ kif konna nilgħabu aħna meta konna żgħar - qiegħed fil-periklu. Naf li l-kunsill lokali ta' Marsaskala għandu bżonn uffiċċji ikbar fejn jagħmel xogħlu. Iżda naf ukoll li l-kunsilliera għandhom għal qalbhom is-saħħa tat-tfal li jgħixu Marsaskala. Hemm postijiet oħra fejn l-uffiċini jistgħu jitmexxew, u fl-istess ħin il-jitħares il-wirt storiku u kulturali tal-lokalita. Għalfejn għandna nibnu iktar, u nkomplu nkebbsu l-problema tal-obeżita u nuqqas ta' attivita fiżika fost it-tfal tagħna? Minbarra hekk, it-tfal li jkunu jridu jilgħabu bil-ballun ikollhom bilfors imorru ħdejn il-Family Park, 1.2km il-bogħod mill-knisja, fejn ftit il-bogħod ser jinbena stazzjon tal-petrol. Dan ser ikun inqas minn 100 metru l-bogħod minn fejn ikunu qed jilgħabu t-tfal...kif tafu, il-benzene u kimiċi oħra li jkunu fil-petrol iżidu sew ir-riskju tal-kanċer u 'aplastic anemia' (http://www.who.int/ipcs/assessment/public_health/benzene/en/ . Għalfejn għandom ikunu esposti għal dan it-tfal jekk iridu jilgħabu?

Inħeġġiġkom tiffirmaw din il-petizzjoni, li titwassal lill-Kunsill ta' Marsaskala, bit-tama li tinsab alternattiva.

Grazzi

 

https://www.maltatoday.com.mt/environment/townscapes/74843/marsaskala_council_set_to_move_in_treeless_part_of_st_anne_garden

 

English (short) version:

The public open space in Marsascala's St. Anne's garden - specifically, the open paved area where children play freely, run around, play ball games and expend energy instead of sitting at home playing on their devices - is under threat. With Malta's obesity problem ballooning out of control, and public open spaces where children can play shrinking steadily year after year, this section of the garden is an oasis of laughter and joy, day in, day out. 

Now, this area is due to be built over (see article). Children will be forced to play ball in the Family Park, 1.2km away from the church and less than a 100m away from the petrol station that will be built just opposite the Park. We know that benzen is strongly linked to cancer and aplastic anemia (http://www.who.int/ipcs/assessment/public_health/benzene/en/ Is this what we want for future generations?  Please sign this petition, let M'Skala councillors know that the health of our children is priceless, and that alternatives can and should be found.



Today: Daniel is counting on you

Daniel Cauchi needs your help with “Kunsill Lokali Marsaskala: It-tfal Skaliżi ħaqqhom post fil-miftuħ fejn jilgħabu! Appell biex ma jintmissx il-Ġnien”. Join Daniel and 1,989 supporters today.