No to land reclamation at Xghajra

No to land reclamation at Xghajra

0 have signed. Let’s get to 5,000!
At 5,000 signatures, this petition is more likely to get picked up by local news!
Mariella Bonello started this petition to Onorevoli Prim Ministru

 

Onorevoli Prim Ministru,

 

Nagħmlu referenza għall-aħbar li dehret fil-media li x-xatt minn Marsascala sal-Port il-Kbir inkluż ix-xatt tax-Xgħajra hu kkunsidrat bħala possibilta’ għar-reklamazzjoni tal-art.

 

Dan it-tali proġett se jkun ta’ detriment kbir jekk isir fiż-żona msemmija. Insemmu biss dawn il-punti:

1)    Impatt negattiv fuq l-ambjent

2)    Piż fuq l-infrastruttura tal-lokal

3)    Inkonvenjent għar-residenti

4)    Impatt negattiv fuq il-ħajja u l-aspett soċjali ta’ ħafna nies li trabbew u jgħixu fiż-żona.

Żgur li l-impatt jestendi wkoll fuq l-eluf ta’ nies li jsibu l-mistrieħ tagħhom f’din iż-żona.

 

Għalhekk aħna, firmatarji ta’ din il-petizzjoni fil-karti mehmuża, qed nitolbuk biex il-Gvern joħroġ stqarrija bil-miktub li:

1)    Tiċħad li se jsir xi proġett ta’ reklamazzjoni tal-art (kemm max-xatt u kemm gżejjer artifiċjali) fiż-żona msemmija.

2)    Tiddikjara li x-xatt u l-baħar taż-żona msemmija minn Marsascala sal-Port il-Kbir se jitħallew kif inhuma llum fl-istat naturali tagħhom illum u fil-futur.

 

 

(Onorevoli Kap tal-Oppożizzjoni,

Għalhekk aħna, firmatarji ta’ din il-petizzjoni fil-karti mehmuża, qed nitolbuk biex l-Oppożizzjoni tiddikjara ruħha kontra kull forma ta’ reklamazzjoni tal-art fiż-żona minn Marsascala sal-Port il-Kbir.)

 

 

Grazzi bil-quddiem tal-interess tiegħek.

 

(Min ikollu xi dubju jekk ikunx iffirma jew le - ghax kultant il-website tkun slow -ikkuntattjawni fuq Xghajra Seafront Interest Group biex niccekkja l-firma tkunx dahlet jew le. Preferibilment jintuza Google Chrome bhala browser.

Tislijiet,

 

If anyone is in doubt whether their signature has been recorded - as sometimes the website is slow - please contact me through Xghajra Seafront Interest Group so I can check it out. Google Chrome is the preferred browser for this petition.

Regards,

Mariella Pavia)

 

0 have signed. Let’s get to 5,000!
At 5,000 signatures, this petition is more likely to get picked up by local news!